[go: up one dir, main page]
More Web Proxy on the site http://driver.im/Aqbeż għall-kontentut

Thylacinus

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Thylacinus
Thylacine (Thylacinus cynocephalus)
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Marsupialia
Ordni: Dasyuromorphia
Familja: Thylacinidae
Ġeneru: Thylacinus
Temminck, 1824
Speċi

Kollha estinti, ara t-test

Thylacinus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament it-Tilaċini, tal-kontinent ta' l-Awstralja.

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Thylacinidae ma' 8 ġeneri oħra li huma Badjcinus, Maximucinus, Muribacinus, Mutpuracinus, Ngamalacinus, Nimbacinus, Tjarrpecinus u Wabulacinus.

Il-ġeneru Thylacinus jiġbor fiħ 5 speċi, 4 estinti u waħda presunta estinta, b' xi dubji li għadha estanti f' partijiet remoti u mmwarba fil-gżira tat-Tażmanja. Il-llum il-ġurnata peress li t-Tilaċin huwa meqjus jew presunt estint, ix-Xitan tat-Tażmanja huwa l-akbar speċi ħajja tal-ordni Dasyuromorphia għalkemm dan il-ġeneru jiġbor fiħ l-akbar speċi dasjuromorfji li qatt eżistu fid-dinja, ta' l-ordni Dasyuromorphia.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Tilaċin, Lupu marsupjal, Thylacinidae u Dasyuromorphia)

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.

Ħoloq Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]