[go: up one dir, main page]
More Web Proxy on the site http://driver.im/Aqbeż għall-kontentut

Wikipedija:Paġna tal-provi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Merħba fil-Paġna tal-provi!

Il-paġna tal-provi, hija paġna li tħallik tesperimenta u tagħmel modifiki mingħajr ebda biża' li tħassar xi artiklu importanti mill-enċiklopedija. Tista' tużaha biex tara' kif se jidher artiklu, kif ukoll biex tkun tista' tipprova tipi ta' formats differenti.

Agħmel hawnhekk il-provi tiegħek!

Tista timmodifika din il-paġna billi tibda minn hawnhekk. Nitolbuk però biex ma tħassarx l-ewwel linja: dik ħalliha.

Għandek tkun taf li t-test tiegħek jista' ma jibqax għal ħafna ħin fuq din il-paġna, li spiss tista' terġa' tinkiteb minn utenti oħra u "mnaddfa" b'ċertu regolarità. Jekk il-prova tiegħek ġiet tajjeb u dak li ktibt jirrispetta l-kriterji ta' enċiklopediċità, trid tkun int biex iddaħħal il-kontribut f'paġna vera!

Jekk jogħġbok, tpoġġix materjal b'copyright, offensiv jew libelluż fil-paġna tal-provi. Jekk għandek xi mistoqsijiet rigward il-Wikipedija, tpoġġihomx hawnhekk iżda mur fil-pjazza. Grazzi!


Bħal kastell tar-ramel, paġna tinbena ftit ftit...

Knisja Kolleġġjata Bażilika ta' Marija Bambina

[immodifika s-sors]

Il-Knisja Kolleġġjata Bażilika ta' Marija Bambina (Bl-Ingliż: Basilica of the Nativity of Our Lady, Xagħra) hija l-paroċċa u l-akbar knisja tax-Xagħra.

Fit-28 t’April, 1688 permess tad-Digriet Appostoliku Cum in Proma, ix-Xagħra infirdet mill-Katidral u il-kappella l-antika ta’ Sant’Anton Abbati bdiet isservi bħala s-seda inizjali tal-paroċċa. Iżda f’ Mejju tal-1926, ix-xagħrin laħqu bnew knisja ġdida fiċ-ċentru tar-raħal fuq art pubblika mogħtija mill-Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ dak iż-żmien, Fra Gregoria Carafa. Il-knisja l-ewwel kienet iddedikata lill-Verġni Marija, l-ewwel taħt it-titlu tal-Grazzji u xi żmien wara, lit-Twelid tagħha.

Hekk kif il-popolazzjoni tax-Xagħra baqgħet tikber, din il-knisja malajr saret żgħira wisq u b’hekk kien jeħtieġ li titkabbar. L-ewwel ġebla tqiegħdet fit-2 ta’ Ottubru, 1815 iżda minħabba nuqqas ta’ fondi il-kostruzzjoni tagħha ġie mdewwem. Il-bini tal-knisja tlesta fil-bidu tas-snin 1850, permezz ta’ kontribut ġeneruż mill-kappillan Dun Mikiel Buttigieg, li aktar tard nħatar bħala l-ewwel isqof ta’ Għawdex. Il-knisja tbierket fl-14 ta’ Frar, 1855 u ġiet ikkonsagrata solennement mill-Isqof Pietru Pace fis-26 ta’ Mejju, 1878. Il-koppla ttellgħet fl-1892 fuq d-disinn tas-saċerdot-perit Dun Ġużepp Diacono. Fl-1893, il-kappillan ġie elevat għal Arċipriet u sitt snin wara fid-9 ta' Marzu 1899, il-Papa Ljun XIII waqqaf ir-raba' Kolleġġjata t'Għawdex f'din il-knisja. Il-knisja eventwalment saret Bażilika minuri fis-26 t'Awissu 1967 mill-Papa Pawlu VI.

Il-Bażilika tax-Xagħra hija mibnija fuq stil barokk, bħal biċċa l-kbira tal-knejjes ta' Malta u Għawdex. Għanda żewg kampnari u hija l-unika knisja f'Għawdex b'sitt iqniepen. L-eqdem qanpiena tmur lura għall-1770 u l-akbar tiżen 2778 kilogramma. Wieħed biss mill-arloġġi mmuntati huwa ta' vera, mentri l-ieħor (tax-xellug) huwa impitter. Bosta knejjes ikollhom arloġġi foloz, u din it-tradizzjoni ġejja minn twemmin fl-imgħoddi li id-doppju ħin ifixkel lix-xitan mill-ħin propju ta' xħin tibda l-quddiesa. L-arloġġ ta' vera ġie mmuntat fl-1885 mill-arloġġatur Malti Mielang Sapiano. Quddiem iz-zuntier tal-knisja jinsabu żewġ statwi bojod tal-Verġni Marija u San Ġużepp.

Minn Ġewwa

[immodifika s-sors]

Il-ġewwa tal-knisja għandu l-forma ta' salib Latin. Il-paviment tal-art u l-ħitan huma magħmulin minn irħamijiet ta' bosta kuluri u disinni. L-irħam tal-art kien iddisinjat minn Injazju Bonavia u ġie magħmul ġewwa Montecatini, l-Italja fis-sena 1949. Mentri l-irħam tal-kolonni kien iddisinjat minn Ruman Buttigieg u Illio Pellocca fil-bidu tas-sittinijiet. L-erbatax-il Stazzjon tas-Salib li jinsabu ġewwa il-Bażilika ukoll ġew iddisinjati minn Ruman Buttigieg flimkien mal-kumpanija Garibaldi e Lazzerini. Il-mużajk tal-knisja huwa xogħol Luciano Favret minn Pietrasanta, l-Italja fl-1963 [1], in-nannu ta' Paolo Favret li llum jieħu ħsieb il-kumpanija Favret Artistic Mosaics [2]. Il-pitturi kollha fuq l-arkata, fin-navi, fil-ġnub u l-korsiji ħlief waħda huma xogħol Virginio Monti pittur Ruman bejn is-snin 1922 u 1928. Wieħed jista' jsib sett t'għaxar statwi tal-kartapesta f'diversi niċeċ fil-knisja u fis-sagristija li jiddawru mat-toroq tar-raħal fil-Ġimgħa l-Kbira.

Fil-Bażilika hemm għaxar kapelli b'kollox. Dawn huma ddedikati lil San Lawrenz Martri, San Mawrizju Martri, in-Nawfraġju ta’ San Pawl, il-Patroċinju ta’ San Ġużepp, is-Santissimu Sagrament, il-Kurċifiss, il-Verġni Mqaddsa Marija tar-Rużarju, il-Verġni Mqaddsa tal-Karmnu, il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Dawl, u l-Verġni Mqaddsa Marija tal-Vitorja (Il- Bambina). Il-Bambina hija l-istatwa titulari u ġiet magħmula minn Gallard et Fils f'Marsilja fl-1878 u tinsab fuq pedestall ta' Pio Cellini magħmul fl-1913. Il-Bambina ġiet inkurunata fit-2 ta' Settembru, 1973.

Arċipriet

[immodifika s-sors]

Fil-preżent, l-Arċipriet tax- Xagħra hu Fr. Richard Nazzareno Farrugia.

  1. ^ "Knejjes u Kappelli" (bil-Malti). Miġbur 2024-01-18.
  2. ^ "History" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-18.