[go: up one dir, main page]
More Web Proxy on the site http://driver.im/Aqbeż għall-kontentut

William Camenzuli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
William Camenzuli
Informazzjoni personali
Twelid11 ta' Frar 1979 (1979-02-11) (45 sena)
Gżira
Tul1.75 m
RwolDifensur
Karriera professjonali
SninKlabb
1994–2000Floriana
2000–2007Birkirkara
2007–2009Marsaxlokk
2009–2010Mosta
2010–2011Gudja United
2012–2014Żebbuġ Rangers
2014Kirkop United
Tim nazzjonali
Malta U16
Malta U18
Malta U21
2001–2006Malta

William Camenzuli (twieled fil-11 ta' Frar 1979) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala difensur.

Camenzuli beda l-karriera tiegħu ma' Floriana fl-istaġun 1994–95, matul l-istaġun, huwa għamel tmien apparenzi u skorja għan wieħed, fejn Floriana rreġistraw ir-raba post fil-Premier League Malti.

Camenzuli mar fl-istaġun 1995–96 bit-tama li jikseb l-ewwel post fl-iskwadra ta' Floriana. Huwa kompla biex għamel apparenza waħda biss mingħajr ma skorja, fejn Floriana spiċċaw it-tielet post fil-Premier League Malti.

Għall-istaġun 1996–97, Camenzuli beda jistabbilixxi ruħu fl-ewwel tim regolari, huwa mar biex jagħmel 13-il dehra fl-istaġun, iżda għal darb'oħra naqas li jiskora, Floriana lestew fit-tielet pożizzjoni fil-Premier League Malti.

L-istaġun 1997–98, kien ir-raba' wieħed ta' Camenzuli ma' Floriana, il-klabb biex jikseb pożizzjoni aħjar mill-istaġun preċedenti hekk kif spiċċaw il-ħames post fil-Premier League Malti. Huwa għamel 21 apparenzi mingħajr ebda gowls.

Camenzuli mar fl-istaġun 1998–99 bit-tama li jgħin lil Floriana jiksbu pożizzjoni ogħla minn dak tal-istaġun ta' qabel, madankollu l-klabb mill-ġdid lesta fil-ħames pożizzjoni fil-Premier League Malti. Camenzuli għamel 21 apparenzi u skorja gowl wieħed matul l-istaġun.

L-istaġun 1999–2000 irriżulta li huwa l-aħħar għal Camenzuli ma Floriana. Huwa għamel 24 apparenzi matul l-istaġun, mingħajr ma skorja, hu għen lil-klabb itejeb il-pożizzjoni min dak tal-istaġun preċedenti, hekk kif Floriana spiċċaw ir-raba post fil-Premier League Malti.

Camenzuli telaq minn ma' Floriana u ssieħeb ma klabb tal-istess kampjonat Birkirkara għall-istaġun 2000–01, huwa għamel 25 apparenzi u skorja żewġ gowls fl-istaġun tad-debutt tiegħu, Birkirkara kkonkludew fit-tielet pożizzjoni fil-Premier League Malti.

L-istaġun 2001–02 kien it-tieni staġun ta' Camenzuli ma' Birkirkara. Il-klabb wassal fil-quċċatta f'nofs it-triq tal-istaġun, iżda kien hemm xi riżultati foqra fiċ-Championship Pool, Birkirkara spiċċaw fit-tielet pożizzjoni. Camenzuli għamel 27 apparenzi u skorja erba' gowls, huwa wkoll kisbu l-ewwel medalja tal-fidda, fejn il-klabb rebaħ it-Tazza Maltija.

Għall-istaġun 2002–03, Camenzuli għamel 25 apparenzi u skorja seba' gowls, Birkirkara tejbu l-pożizzjoni mill-istaġun preċedenti tagħhom, fejn huma irreġistraw it-tieni fil-Premier League Malti, huwa żied medalja oħra tat-Tazza Maltiija, billi għelbu lil Sliema Wanderers fil-finali.

Camenzuli mar fl-istaġun 2003–04 bit-tama li jgħin lil Birkirkara mmoru aħjar u jirbħu t-titlu tal-Premier League Malti, madankollu huma spiċċaw fit-tieni pożizzjoni mill-ġdid, fejn Camenzuli għamel 26 apparenzi u skorja erba' gowls.

L-istaġun 2004–05 kien storja oħra fil-qrib, Birkirkara rreġistraw tliet finaturi suċċessivi fit-tieni post. Matul l-istaġun, Camenzuli għamel 26 apparenzi u skorja ħames gowls, hu kiseb it-tielet medalja tar-rebħa tat-Tazza Maltija, fejn il-klabb għeleb lil Msida Saint-Joseph fil-finali.

L-istaġun 2005–06 kien l-aktar staġun suċċessiv ta' Camenzuli bħala plejer ta' Birkirkara. Huwa għen lil-klabb jikseb it-titlu tal-Premier League Malti, billi għamel 25 apparenzi u skorja erba' gowls.

L-aħħar staġun tiegħu ma' Birkirkara kien l-istaġun 2006–07. Matul l-istaġun Camenzuli għamel 25 apparenzi u skorja żewġ gowls, Birkirkara spiċċaw fit-tielet pożizzjoni fil-Premier League Malti.

Fil-5 ta' Awwissu 2007, Marsaxlokk u Birkirkara laħqu ftehim ta' tpartit billi Camenzuli jissieħeb ma' Marsaxlokk u Shaun Bajada jissieħeb ma' Birkirkara. Camenzuli iddebutta għal Marsaxlokk fl-istaġun 2007–08, hu għen lil klabb ġdid tiegħu għal finitura fit-tieni post fil-Premier League Malti f'dak l-istaġun, huwa għamel 18-il apparenza u skorja żewġ gowls.

Camenzuli mar fl-istaġun 2008–09 bit-tama li jgħin lil Marsaxlokk jiksbu ftit aktar fidda, madankollu l-klabb kellu bidu estremament diżappuntanti minħabba standards għoljin tiegħu stess, u biss irnexxielhom jiksbu post fiċ-Championship Pool billi għelbu lil Msida Saint-Joseph fil-logħba finali tal-ewwel rawnd. Camenzuli għamel 20 apparenzi, iżda naqas li jiskorja xi gowls matul l-istaġun. Minkejja li l-klabb kellu bidu estremament diżappuntanti fl-istaġun, dawn irnexxielhom jintemmu l-istaġun fir-raba' pożizzjoni tal-Premier League Malti.

Għall-istaġun 2009–10, Marsaxlokk kienu dovuti li jilgħabu fil-Premier League Malti, madankollu wara verdett ħati fuq każi ta' korruzzjoni mill-istaġun ta' qabel, kienu relegati għall-Ewwel Diviżjoni Maltija. Camenzuli baqgħa mal-klabb, bit-tama li jista' jgħin lit-tim jagħmel ritorn rapidu għall-Premier League Malti.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Camenzuli kiseb 14-il apparenza għall-Malta.

Fl-14 ta' Novembru 2001, Camenzuli għamel id-debutt internazzjonali tiegħu għall-Malta f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Kanada, fejn Malta rebħu bl-iskor ta' 2–1.

Birkirkara
Marsaxlokk

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]