[go: up one dir, main page]
More Web Proxy on the site http://driver.im/Aqbeż għall-kontentut

Jürgen Klopp

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jürgen Klopp
Informazzjoni personali
Isem sħiħJürgen Norbert Klopp
Twelid16 ta' Ġunju 1967 (1967-06-16) (57 sena)
StuttgartĠermanja tal-Punent
Tul1.94 m
RwolAttakkant · Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliLiverpool (kowċ)
Mixtliet
1972–1983SV Glatten
1983–1987TuS Ergenzingen
Karriera professjonali
SninKlabb
19871. FC Pforzheim
1987–1988Eintracht Frankfurt II
1988–1989Viktoria Sindlingen
1989–1990Rot-Weiss Frankfurt
1989–2001Mainz 05
Timijiet ikkowċjati
2001–2008Mainz 05
2008–2015Borussia Dortmund
2015–Liverpool

Jürgen Norbert Klopp (Stuttgart, 16 ta' Ġunju 1967) huwa eks-plejer tal-futbol u kowċ Ġermaniż li bħalissa jmexxi lit-tim Ingliż ta' Liverpool.

Klopp beda jilgħab ma' klabb dilettanti bħal Eintracht Frankfurt II, Viktoria Sindlingen u Rot-Weiss Frankfurt. Fl-1989 hu ssieħeb ma' Mainz 05 u hemmhekk baqa' sakemm irtira. Hu oriġinarjament lagħab bħala attakkant, qabel ma bidel il-pożizzjoni bħala difensur fl-1995.[1]

Wara l-irtirar tiegħu minn ma' Mainz 05, Klopp ġie maħtur bħala maniġer mal-istess klabb. Huwa baqa' bħala kowċ għal seba' snin, li matulhom huwa wassal lit-tim għall-ewwel dehra fil-Bundesliga, u kwalifikazzjoni għall-UEFA Cup 2005–06. Fl-aħħar tal-istaġun 2006–07, Mainz 05 kienu relegati, iżda Klopp għażel li jibqa' mal-klabb. Madankollu, minħabba l-fatt li dawn ma kinux kapaċi jiksbu promozzjoni, hu rriżenja fl-aħħar tal-istaġun 2007–08.

Borussia Dortmund

[immodifika | immodifika s-sors]

F'Mejju 2008, Klopp kien avviċinat biex isir kowċ ġdid ta' Borussia Dortmund, eventwalment hu ffirma kuntratt ta' sentejn mal-klabb, li kien spiċċa fit-13-il post diżappuntanti taħt il-kowċ preċedenti Thomas Doll. Fl-ewwel staġun tiegħu inkarigat, Klopp iggwida lil Borussia Dortmund biex jirbħu s-Supercup Ġermaniża, billi għelbu liċ-ċampjins Ġermaniżi Bayern Munich.[2] Klopp wassal lill-klabb fis-sitt post fl-ewwel staġun tiegħu inkarigat, u spiċċa fil-ħames post fl-istaġun ta' wara, qabel ma wassal lil-klabb għat-titli suċċessivi tal-Bundesliga fl-istaġuni 2010–11 u 2011–12.[3][4]

Matul l-istaġun 2011-2012, il-81 punt akkumulat minn Borussia Dortmund kienu t-tieni l-akbar ammont ta' punti li nġabru fl-istorja tal-Bundesliga (wara Bayern Munich) u s-47 punt li kisbu fit-tieni nofs tal-istaġun ukoll stabbilixxa rekord ġdid. Il-25 rebħa tal-kampjonat ta' Borussia Dortmund laħqu l-pass importanti ta' Bayern Munich fl-istaġun 1972-1973, filwaqt is-sekwenza ta' 28 logħba tal-kampjonat mingħajr telfa kienet l-aħjar li qatt ġiet irreġistrata fi ksur ta' rekord uniku fi staġun tal-ogħla livell Ġermaniż.[5] Fit-12 ta' Mejju 2012, Klopp kabbar l-istorja ta' Borussia Dortmund bl-issiġillar tal-ewwel doppjetta domestika li l-klabb kiseb, billi għelbu lil Bayern Munich 5–2 fil-finali tad-DFB-Pokal. Klopp iddeskritta d-doppjetta bħala "aħjar minn (hu) seta' immaġina".[6][7][8]

Il-forma tal-kampjonat ta' Borussia Dortmund matul l-istaġun 2012-2013 kienet agħar minn ta' qabel, bi Klopp jinsisti lit-tim tiegħu biex jiffoka fuq iċ-Champions League, wara ġirja diżappuntanti fil-kompetizzjoni qabel dik id-dikjarazzjoni. It-tim ta' Klopps kien tela' biex jilgħab kontra Manchester City, Real Madrid u Ajax fejn dan il-grupp ġie msejjaħ Group of Death. Madankollu, huma ma tilfux logħba, iżda huma għamlu xi prestazzjonijiet impressjonanti, speċjalment kontra t-tim ta' Jose Mourinho, Real Madrid. Borussia Dortmund avvanzaw fit-triq għall-finali, fejn iffaċjaw lil Real Madrid għal darb'oħra fil-fażi tas-semifinali tal-kompetizzjoni. Wara riżultat eċċellenti fl-ewwel leg, b'rebħa ta' 4-1, u telfa ta' 2-0 fisser li Dortmund kisbu l-finali għat-tieni darba. [9] Dortmund tilfu l-finali 1-2 kontra r-rivali Bayern Munich, b'gowl ta' Arjen Robben fid-89 minuta.

F'Novembru 2012, Klopp wiegħed l-futur tiegħu lill-klabb, wara rakkonti frekwenti li jkun il-kowċ ta' Chelsea.

Ħajja privata

[immodifika | immodifika s-sors]

Bħalissa Klopp huwa miżżeweġ għat-tieni darba. Huwa għandu żewġ subien, wieħed li lagħab għall-Borussia Dortmund II qabel ma rtira minħabba korrimenti.[10] Mill-2009, Klopp mar jgħix ġewwa Herdecke, fejn ħafna plejers ta' Borussia Dortmund jgħixu.

Klopp huwa Kristjan Protestant li ta' spiss jistqarr il-fidi tiegħu fil-pubbliku. F'għadd ta' intervisti u pubblikazzjonijiet evanġeliċi, huwa jirreferi għall-Ġesù Kristu bħala l-bażi tal-ħajja tiegħu.[11][12][13][14]

Borussia Dortmund
Liverpool
  • Kowċ tas-Sena (Ġermanja): 2011, 2012, 2019
  1. ^ "Jürgen Klopp". worldfootball.net (bl-Ingliż). Miġbur 2011-08-11.
  2. ^ "Dortmund beat Bayern to retain Super Cup" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2008-07-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-21. Miġbur 2012-05-19.
  3. ^ "Borussia Dortmund win title" (bl-Ingliż). Eurosport. 2011-05-01.
  4. ^ "Ronaldo's Hat Trick Restores Real's Lead; Dortmund Beats Bayern" (bl-Ingliż). Business week. 2012-04-11. Miġbur 2012-05-16.
  5. ^ "Season review: Germany" (bl-Ingliż). UEFA. 2012-05-23. Miġbur 2012-05-23.
  6. ^ "Borussia Dortmund win domestic double beating Bayern Munich". zeenews.com (bl-Ingliż). 2012-05-13. Miġbur 2012-05-19.
  7. ^ "Dortmund rout Bayern to claim double" (bl-Ingliż). ESPN. 2012-05-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-16. Miġbur 2012-05-12.
  8. ^ "Bundesliga champ Borussia Dortmund beats Bayern Munich 5–2 to win German Cup final" (bl-Ingliż). Washington Post. 2012-05-12. Miġbur 2012-05-12.
  9. ^ "Jürgen Klopp targets Champions League final glory for Dortmund" (bl-Ingliż). Guardian. 2013-04-30. Miġbur 2013-05-01.
  10. ^ http://www.guardian.co.uk/football/2013/may/21/jurgen-klopp-borussia-dortmund-champions-league?CMP=twt_gu
  11. ^ Klopp: Gott findet mich in Ordnung, bild.de 24 ta' Jannar 2012
  12. ^ BVB Trainer Klopp Interview, fr-online.de 10 ta' Settembru 2012
  13. ^ Spitzenreiter mit Gottes Segen, rp-online.de 14 ta' Jannar 2011
  14. ^ Fußball-Gott: Vorwort von Jürgen Klopp, miġjub 23.5.2013

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Profil fuq is-sit uffiċjali ta' Liverpool