[go: up one dir, main page]
More Web Proxy on the site http://driver.im/Aqbeż għall-kontentut

Gioachino Rossini

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gioachino Rossini
Gioachino Rossini fl-1865
Isem: Gioachino Rossini
Laqam: Il cigno di Pesaro
Twieled: 29 ta' Frar tal-1792
Miet: 13 ta' Novembru tal-1868
Post tat-twelid: Pesaro, Stati Papali
Post tal-mewt: Pariġi, Franza
Professjoni: Kompożitur

Gioachino Rossini (29 ta' Frar, 1792, Pesaro, Stati Papali - 13 ta' Novembru, 1868, Pariġi, Franza) kien kompożitur tal-opra Taljan, magħruf fost l-aqwa kompożituri tal-seklu 19. Fost ix-xogħlijiet tiegħu, Il Barbiere di Siviglia huwa l-iktar magħruf, meqjus bħala kapolavur tal-Bel Canto. Gioachino Rossini kiteb ftit inqas minn 40 opra u xogħlijiet oħra sal-età ta' 37 sena, meta rtira fil-quċċata tal-glorja tiegħu. Sa tmiem il-ħajja tiegħu, kompla jikteb il-mużika, imma inqas ħafna.

It-tfulija u ż-żogħżija

[immodifika | immodifika s-sors]

Gioachino Rossini twieled nhar id-29 ta' Frar tas-sena biżestili 1792. Il-post tat-twelid tiegħu jinsab f'Pesaro, belt żgħira Taljana tal-kosta Adrijatiku. Missieru kien idoqq il-kornu ma' baned militari u f'teatri tal-opra u ommu kienet tkanta fl-opri. Iż-żagħżugħ Rossini spiss kien joqgħod man-nanna tiegħu jew kien jivjaġġa lejn Ravenna, Ferrara jew Bolonja meta missieru ħarab mill-arrest minħabba l-ħsibijiet rivoluzzjionarji tiegħu. Kien prinċipalment f'Bolonja li Rossini beda jitgħallem il-mużika, speċjalment il-kant u l-ispinetta. Meta kellu 14-il sena huwa inkiteb a fil-Liceo musicale f'Bolonja, u beda jistudja bil-ħeġġa ix-xogħlijiet ta' Franz Joseph Haydn u Wolfgang Amadeus Mozart (f'dan iż-żmien il-laqam tiegħu kien "tedeschino", li jfisser "iċ-ċkejken Ġermaniż"). Kiteb l-ewwel opra tiegħu, Demetrio e Polibio li baqgħet ma kienet rappreżentata sal-1812.

Fl-1812 kienu ġa ġew rappreżentati tliet opri tiegħu. Is-sena ta' wara kien hemm għaxra. "Il-vjaġġ twil mal-opra" beda b'suċċessi kbar u fallimenti koroh. Rossini kiseb suċċess bl-opri Ciro in Babilonia f'Ferrara, La Scala di seta f'Venezja u La Pietra del paragone f'Milan. Din l-aħħar opra hija titqies bħala xempju tal-ġenju ta' Rossini. Is-sena ta' wara kiseb trijonf b'Tancredi f'Venezia. Is-snin 1814-1815 kienu inqas fortunati bil-falliment ta' Il Turco in Italia u Sigismondo. Fl-1815 huwa vjaġġa lejn Napli u ltaqa' ma' Isabella Colbran, kantanta lirika. Il-koppja żżewġu fis-16 ta' Marzu, 1822, u sseparaw fl-1837. Wara li mietet fl-1845, huwa żżewweġ lil Olympe Pélissier fis-16 ta' Awwissu, 1846.

Il-vjaġġ mal-opra (1810 - 1830)

[immodifika | immodifika s-sors]

Il Barbiere di Siviglia

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-ħarifa tal-1815, Rossini ikkompona Il Barbiere di Siviglia (li għall-ewwel kien jisimha Almaviva) f'14-il jum biss. Din il-opra kellha laqgħa negattiva ħafna: in-novità tal-istil mużikali, l-inċidenti fuq il-palk (kitarri skurdati, kantant jaqa' u joħroġlu d-demm minn imnieħru, ġurdien joħroġ jiġri fuq il-palk) u fuq kollox il-bosta ħbieb ta' Paisiello, kompożitur ieħor li kien kontra Rossini, li kienu ġew fis-sla apposta biex ifxklu, żguraw li l-opra tintemm b'ħafna għajjat u tisfir. L-għada, madankollu, il-pubbliku għoġbu ħafna dan ix-xogħol li ma damx ma tqies superjuri għal dak ta' Paisiello; Wara l-applaws kbir tal-udjenza, Rossini ittieħed id-dar f'purċissjoni ta' trijonf fuq spallejn in-nies. Wara ftit xhur, fl-okkażjoni ta' eżekuzzjoni fit-Teatro Comunale ta' Bologna, Rossini ta lill-opra l-isem definittiv tagħha ta' Il barbiere di Siviglia.

L-Opera seria

[immodifika | immodifika s-sors]

Xi xhur wara, Rossini kiser ma' l-opera buffa u beda jikteb opera seria ma' Otello fl-1816, La Cenerentola u Armida fl-1817. Fl-1822 huwa kien jivjaġġa lejn Vjenna biex ir-rappreżentazzjoni ta' Zelmira u ltaqa' ma' Ludwig Van Beethoven. Minħabba it-truxija u il-mard tal-kompożitur Ġermaniż, ir-relazzjoni bejn iż-żewġt irġiel qatt mhu se jkun tajba. Wara il-falliment qawwi f'Venezia ta' Semiramide, Rossini telaq l'Italja għal Franza. Kiteb Il viaggio a Reims għall-inkurunar ta' Karlu X, re ta' Franza. Biċċiet ta' din l-opra se jkunu utilizzati għall-opra tiegħu Le Comte Ory fl-1828.

Guillaume Tell

[immodifika | immodifika s-sors]

Guillaume Tell, opra f'4 atti, rappreżentata f'Pariġi nhar it-3 ta' Awwissu tal-1829, se tkun l'aħħar xogħol liriku tiegħu. Din l-opra hija meqjusa bħala xempju tal-opra franċiż jew Grand Opéra.

Ir-rtirar kmieni (1830)

[immodifika | immodifika s-sors]

Rossini tilef il-protezzjoni ta' Karlu X minħabba Ir-Rivoluzzjoni tal-1830. Huwa iddeċieda li rtira u waqaf jikteb opra. Minflok kiteb xi xogħlijiet bħal mużika saġra u mużika strumentali: Stabat Mater, miktub bejn l-1831 u l-1841, Péchés de Vieillesse u Petite Messe Solennelle fl-1864.

Rossini miet f'Pariġi nhar il-Ġimgħa it-13 ta' Novembru tal-1868. Il-katavru tiegħu kien jindifen fiċ-ċimiterju tal-Père Lachaise f'Pariġi, u se jkun ittrasportat lejn l-Italja fl-1887 biss.

Gioachino Rossini kien ikkompona madwar 240 xogħol mużikali. Fosthom, l-iktar famużi huma:

L-opri liriċi

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Ciro in Babilonia, Ferrara, 1812
  • La scala di seta, Venezja, 1812
  • La pietra del paragone, Milan, 1812
  • Tancredi, Venezja, 1813
  • L'italiana in Algeri, Venezja, 1813
  • Il turco in Italia, Milan, 1814
  • Il barbiere di Siviglia, Ruma, 1816
  • La Cenerentola, Ruma, 1817
  • La gazza ladra, Milan, 1817
  • La donna del lago, Napoli, 1819
  • Il viaggio a Reims, Pariġi, 1825
  • Le Comte Ory, Pariġi, 1828
  • Guillaume Tell, Pariġi, 1829

Il-mużika saġra

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Stabat Mater, 1831/41
  • Petite messe solennelle, 1863